IMUT KENNY ROGERS

Thanks! Share it with your friends!

You disliked this video. Thanks for the feedback!

Added by MiAmigo
135 Views
Fil-21 ta’ Marzu tħabbret il-mewt tal-kantant internazzjonali tal-mużika country, Kenny Rogers. Huwa kellu 81 sena.

Coward of the County, Lucille, Ruby don't take your love to town, She believes in me u Islands in the stream flimkien ma’ Dolly Parton kienu fost l-aktar kanzunetti mfittxija tal-kantat rebbieħ ta’ diversi unuri fosthom tliet Grammies.

Kien kmieni s-Sibt filgħodu li l-familja ta’ Rogers ikkonfermat li l-kantant leġġendarju miet mewta naturali f’daru. Bosta esprimew dieqa għal din it-telfa li ġarbet ix-xena mużikali internazzjonali.
Il-kantanta lokali Marisa D’Amato qalet li nħasdet malli qrat l-aħbar.

MARISA D’AMATO
KANTANTA
“Telfa kbira għad-dinja mużikali, propjament għax-xena mużikali Country u mhux biss, però Kenny Rogers kien ukoll irrekordja diversi kanzunetti u daħlulu fil-klassifiċi pop. Jiġifieri nistgħu ngħidu li d-dinja llum tilfet wieħed mill-leġġendi mużikali tagħha”

Kenny Rogers kien ilu fix-xena mużikali għal sittin sena u rnexxielu jbiegħ aktar minn 150 miljun diska madwar id-dinja. Minkejja li llum nafuh bħala solista, Rogers kien beda l-karriera tiegħu mal-grupp The First Edition. Huwa kien ukoll protagonist f’diversi films.
Category
Dolly Parton
Commenting disabled.